L-istrixx - komik għat-tfal
Avventuri u Praspar li jogħġbukom
X'jogħġobkom mill-ISTRIXX?
Fih għandkom sensiela ta' praspar u avventuri b'karattri ħelwin u qalbiena:
IMBER, it-tfajjel imqareb li nsteraq mill-Waħx u sab ruħu l-bogħod mid-dar u f'dinja għal kollox differenti mimlija bi ħlejjaq strambi li bidluh f'tifel speċjali.
Ekolina u l-ħabib tagħha ż-Żabbari li sikwit jiffaċċjaw il-qilla ta' karattri kattivi u magni qerrieda, biex isalvaw ir-raħal tagħhom.
Nir, it-tfajjel tal-baħar li jissielet kontra inġenji mostrużi biex iħares il-baħar mill-qerda.
Imbagħad xi ngħidu għall-praspar ta' Kastell Werwer, In-Nanna Zikizokk, In-Nemes u sħabu u ħafna oħrajn li jħallukom titbissmu u xi minn daqqiet ukoll, jaqsmukom bid-daħk.
L-ISTRIXX għandu 32 paġna mimlijin bi stejjer u karattri li żgur se jogħġbukom.
Min hu interessat li jikseb xi kopji b'xejn ta' L-ISTRIXX għandu jiktbilna hawn: [email protected]